Internazzjonali

Hawaii tlesti għall-qilla tal-Uragan Lane

Il-gżejjer ta’ Hawaii qed ilestu għall-qilla tal-Uragan Lane. Maltemp li qed iġib miegħu riħ ta’ 260 kilometru fis-siegħa flimkien ma’ xita qalila.
L-uragan qed jitqies bħala l-aktar maltempata qalila li qatt misset il-gżejjer ta’ Hawaii f’kwart ta’ Seklu.
Skejjel u uffiċini tal-Gvern għalqu sakemm tgħaddi l-maltempata u n-nies qed jaħżnu l-ikel u ilma. Dan wara li l-awtortajiet wissew biex in-nies ilestu għall-agħar u jaħżnu ikel u ilma għal 14-il ġurnata.
L-Uragan Lane qed jiġi klassifikat bħala maltempata tal-Kategorija Erba’ u l-awtoritajiet Amerikani qed iwissu li dan aktarx iwassal għal għargħar u valangi.