Wara li Exiles, Neptunes, Sirens u Sliema ħarġu stqarrija konġunta bejniethom dwar is-sospensjoni ta’ Paulo Obradovic, il-klabb ta’ San Ġiljan wieġeb għal din l-istqarrija.
Huma qalu li huma bħala klabb irrispettaw id-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissarju tad-Dixxiplina li Obradovic jingħata sospensjoni ta’ logħba. San Ġiljan qalu li l-klabbs qed jitfgħu pressjoni fuq ir-referees tal-logħob li għad irid jiġi milgħub filwaqt li jikkundizzjonaw lill-plejers u l-klabb tagħhom fl-aktar parti kruċjali tal-istaġun.
“Din il-pressjoni kollha ma tista twassal għall-ebda tibdil fid-deċiżjoni u għalhekk l-unika skop li jifdal huwa li ssir pressjoni fuq l-uffiċjali tal-logħba għall-aktar parti taħraq tal-kampjonat,” temmet tgħid l-istqarrija ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>