Tul l-2017 żdied in-numru ta’ kotba li sselfu mill-libreriji Maltin fuq is-snin ta’ qabel. Dan ħareġ minn statistika li ppubblika l-Uffiċċju tal-Istatistika ta’ Malta, l-NSO.
L-ikbar żiedet ġew irreġistrati fil-libreriji pubbliċi fit-tramuntana u x-xlokk ta’ Malta, b’żiedet ta’ 19.4% u 19.2% rispettivament.
Żidiet ta’ ‘l fuq minn 20% ġew reġistrati fil-libreriji taż-Żejtun, il-Qrendi, Marsaxlokk, il-Gudja u l-Imqabba. L-ikbar tnaqqis ġie rreġistrat fiż-Żurrieq fejn kien hemm self inqas ta’ 7.4% fuq is-sena ta’ qabel.
Il-Għargħur u l-Mosta raw l-akbar żidiet ta’ self fit-tramuntana, b’żieda ta’ ‘l fuq minn 30% fuq l-2016, filwaqt li l-Imġarr naqqas is-self bi 2.9%.
L-akbar tnaqqis f’Għawdex kien fl-irħula tal-Qala, n-Nadur u ż-Żebbuġ bil-figuri jinżlu b’bejn 32% u 19%, filwaqt li fl-Għarb żdied in-numru ta’ kotba mislufa b’36% u s-Sannat bi 32.8%.
Tul l-2017 in-numru ta’ kotba li ġew mixtrija f’pajjiżna tela’ bi 2% għal 45,991.
Il-kotba mixtrija mill-libreriji pubbliċi tela’ għal 6.1% u d-donazzjonijiet ta’ kotba lill-istess libreriji żdiedu bi 2.1%.
L-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-kotba naqset meta mqabbla mal-2016, bl-importazzjoni tonqos bi 22.7% u l-esportazzjoni b’14.2%.
//= $special ?>