Għawdex Lokali

Joħroġ id-drenaġġ fit-toroq tax-Xlendi, ħdejn ir-ristoranti u fl-eqqel tas-sajf

Fl-eqqel tas-sajf fix-Xlendi, żona frekwentata ferm mit-turisti u b’ħafna ristoranti, fl-aħħar siegħat kienet milquta minn riħa tad-drenaġġ qawwija wara li ħareġ id-drenaġġ fit-toroq tax-Xlendi, saħansitra fil-parti fejn hemm numru kbir ta’ ristoranti.

Dan wassal għal diversi lmenti kemm mis-sidien tar-ristoranti kif ukoll mit-turisti.

Persuni li tkellmu magħna qalu li dan huwa riżultat tan-nuqqas ta’ ippjanar serju, riżultat tal-bini bl-addoċċ mingħajr ma jiġu mtejbin s-servizzi.