Internazzjonali

Messaġġ mill-kap tal-ISIS

Għall-ewwel darba, fi kważi sena, inħareġ dak li għall-ISIS hu messaġġ tal-mexxej tal-grupp Abu Bakr al-Baghdadi.
Il-messaġġ hu wieħed audio u hu wkoll l-ewwel wieħed min mindu l-ISIS tilef il-kontroll ta’ Raqqa, il-belt Sirjana li l-ISIS kien iddikjara bħala l-kapitali tiegħu.
Fil-messaġġ al-Baghdadi, filwaqt li jifraħ lill-Musulamni għall-festa tal-Eid al-Ada, hu jammetti li l-ISIS tilef it-territorju imma qal li dan kien eżami minn Alla u ħeġġeġ biex il-grupp jibqa’ maqgħud. Hu qal li kien minnu li l-ISIS kien għaddej minn żmenijiet diffiċli imma għal dawk li jżommu sod kienu ġejjieni żmenijiet aħjar.
B’kollox il-messaġġ idum sejjer għal 55 minuta.
Al-Baghdadi deher biss darba f’filmat u dan kien fl-2014 f’moskeja f’Mosul fl-Iraq meta kien iddikjara l-ħolqien tal-ISIS. Għall-bqija, sa fejn hu magħruf hu qatt ma reġa’ deher f’xi filmat.