Fil-Qorti, illum tkompliet il-kumpilazjzoni tal-evidenza kontra Liam Debono, li qed ikun akkuzat bil-qtil ta’ Simon Schembri.
Il-Pulizija kien ġie aggredit fil-15 ta’ Mejju li għadda b’daqqa ta’ karozza, u b’kawża ta’ dan huwa tilef idu l-leminija. Debono mhux biss qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtil, iżda wkoll hemm 46 akkuża oħra kontrih.
Schembri xehed quddiem il-Qorti.
Fil-15 ta’ Mejju huwa beda xogħol fis-6am u kien stazzjonat fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Huwa qal li għal xi 6.45am kien hemm kollużjoni Raħal Ġdid fi Triq il-Palm. Il-kollega tiegħu baqa’ fejn il-kollużjoni filwaqt li Schembri mar fuq ronda.
Huwa kien fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa fejn x’ħin wasal ħdejn l-ajruport l-antik huwa innotta karozza tat-tip Mercedes bil-ħġieġ skur ħafna. Hemm hu mar fuq in-naħa tax-xufier u taptaplu fuq il-ħġieġa.
Stqarr fil-qorti li ż-żagħżugħ niżżel it-tieqa u sabu bis-seat imniżżel kollu. Innotta liż-żagħżugħ lanqas kien libes seatbelt. Huwa qal liż-żagħżugħ biex imur fuq il-waqfa tal-linja ħdejn ir-roundabout tal-monument ta’ Ħal Luqa. Mar jistennih hemm fuq il-mutur. Wara xi 4 jew 5 karozzi ż-żgħażugħ wasal. Schembri jiddiskrivi kif iż-żagħżugħ daħal skuntrat. Schembri saqsa liż-żagħżugħ għad-dokumenti għal-liema mistoqsija ż-żagħżugħ qalu “uwejja ħallini”. Wara dan huwa mar jiċċekkja n-number plate, sakemm huwa kien qed jistenna iktar informazzjoni fuq il-każ.
Fir-rakkont tal-inċident huwa stqarr li hekk kif kien għadu quddiem il-vettura mal-ġenb tagħha, madwar tnejn u tliet metri, fejn kellu idu mgħolija u qal li jiftakar lil Debono jagħfas il-gas u jiġbed ‘il ġewwa għal fuqu.
“Għaddejt minn taħt il-magna, u l-ewwel tire, nofs ġismi inqabad taħt il-karozza.. rajt it-tire tan-naħa tax-xellug jgħola, kien maqtugħ pulżier mill-art”
Huwa kompla billi qal li jiftakar li ġie fuq il-bonnett tal-karoazza, filwaqt li hu prova jaqbad ma’ xi ħaġa biex ma jiżżerżaqx ‘l isfel. Il-vittma stqarr li fi ftit sekondi li spiċċa fuq il-bonnett huwa żżerżaq ‘l isfel u jiftakar li ġie fuq sidru ‘l isfel lejn l-art filwaqt li Debono beda jiġibdu lejn il-karozza. Schembri stqarr li jiftakar li għadda minn taħt il-magna u l-ewwel tire, nofs ġismu inqabad taħt il-karozza. Huwa qal li ra t-tire ta’ naħa tax-xellug jgħola, “kien maqtugħ pulzier mill-art”.
Schembri kompla fejn qal li xi ħadd qabdu minn idu, u hu beda jgħajjat bl-uġigħ.
Huwa qal li l-ġrieħi li ġarrab jinkludu 11-il kustilja miksura, kiser spalltu, li eventwalment saritlu operazzjoni biex spalltu tiġi qrib in-normal. Huwa qal ukoll li tilef sidru. Spjega wkoll li kellu black eye kbira fl-għajn il-leminija.
Wara l-Kuntistabbli Schembri għaraf liż-żagħżugħ. Ftit wara l-avukat tad-difiża Franco Debono jgħid li l-imputat, Liam Debono jixtieq jiskuża ruħu.
Id-difisa saqsiet mill-ġdid lil Schembri għalxiex huwa ma resaqx. F’dan il-waqt il-Maġistrat intervjena u qal li għal din il-mistoqsija ġa kienet ingħatat risposta.
Fil-bidu tal-kumpilazzjoni ntqal li l-mowbajl ta’ Debono ġie interċetat mill-pulizjija, bl-għajnuna mill-Europol biex jaraw kienx hemm aktar informazzjoni li tista’ tkun t’għajnuna. Dan wara li Liam Debono ma riedx jagħti l-password tal-mobile tiegħu lill-pulizija. Fl-istess waqt intqal ukoll li Schembri kellu halmet tajba, u żgur n-nuqqas fil-ġrieħi li ġarrab ma kienx min-naħa tiegħu.
Għal ftit mumenti ż-żagħżugħ qam bil-wiefqa fejn beda jgħid li jħossu d-dispjaċut b’dak li għamel. Huwa twaqqaf mill-Maġistrat li fakkru li f’dan l-istadju tal-proċess mhux permessibbli, iżda l-Qorti ħadet nota. Id-difisa saqsiet mill-ġdid lil Schembri għalxiex huwa ma resaqx. F’dan il-waqt il-Maġistrat intervjena u qal li għal din il-mistoqsija ġa kienet ingħatat risposta.
Qabel l-aġġornament tal-każ intqal li kien se jitella’ jixhed missier l-akkuzat, Liam Debono, Anton Debono, iżda intqal li Anton Debono ma riedx jixhed.
Il-każ se jkompli jinstema fis-7 ta’ Settembru fil-11 ta’ filgħodu.
//= $special ?>