Lokali

SĦPN tinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ diskussjoni u konsultazzjoni mill-Gvern

Ritratt: Arkivji (Martin Agius)

Is-Solidarijetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) tinnota li fl-Avviż Legali dwar il-leavetal-ħaddiema, l-Gvern ma wettaqx id-diskussjoni meħtieġa u lanqas ma saret konsultazzjoni serja mal-imsieħba soċjali kollha. Wara snin fejn ħaddiema spiċċaw jaħdmu fil-prekarjat minħabba nuqqas ta’ ideat u deċiżjonijiet min-naħa tal-Gvern, spiċċa biex ħalla l-ħaddiema jistennew ħames snin biex ħareġ b’ideat li jistgħu jħallu riperkussjonijiet fuq min ħaddiem.

In-nuqqas ta’ diskussjoni serja waslet biex il-Malta Chamber of Commerce, l-MEA, l-GRTU u l-MHRA lesti li jibbojkotjaw il-laqgħat fl-Employment Relations Board sakemm is-sitwazzjoni titranġa. Dan minkejja li t-tibdil fir-regolamenti tal-leavedaħlu fis-seħħ fil-jiem li għaddew.

L-SĦPN tinnota li din is-sitwazzjoni waslet minħabba n-nuqqas ta’ pjan min-naħa tal-Gvern u l-mod kif jibqa’ jgħaddi romblu minn fuq kulħadd mingħajr diskussjoni. L-istqarrijiet li saru fuq dan l-Avviż Legali min-naħa ta’ unjins u professjonisti oħra fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali juru biċ-ċar dan in-nuqqas ta’ pjan min-naħa tal-Gvern. Dan meta s-Soliderjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista issa ilha s-snin tressaq proposti konkreti biex ikun hemm bilanċ ġust bejn il-ħaddiema u min iħaddem.