Il-Partit Nazzjonalista bħalissa għaddej bil-preparamenti għall-festi annwali biex ikun iċċelebrat l-erbgħa u l-ħamsin anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ pajjiżna.
Il-qofol tal-festi se jkun fuq il-Fosos tal-Floriana u l-attivitajiet se jkunu varji: politiċi, ta’ divertiment u ma jonqosx ukoll l-isport. L-attivitajiet sportivi se jkunu organizzati minn TimSport PN.
Tkellimna mad-Deputat Ryan Callus, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ, Sport u l-Ġlieda kontra l-Obeżita’.
Avveniment li żgur se jkun ta’ attrazzjoni għal waqt il-festi hu tournament tal-futbol tal-Masters.
L-ewwel attivita’ sportiva se tkun ġirja u mixja ta’ madwar 4km mad-dawra tal-Belt nhar it-Tnejn 17 ta’ Settembru. Din se tibda minn ħdejn il-monument tal-Indipendenza u tispiċċa fuq il-Fosos tal-Floriana.
Kull parteċipant se jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni iffirmat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u t-shirt kommemorattiv, filwaqt li l-klabb jew is-sezzjoni bl-akbar numru ta’ parteċipanti jingħataw trofew. Wieħed jista’ japplika billi jniżżel l-applikazzjoni minn fuq is-siti www.pn.org.mt jew netnews.com.mt, u jibgħatha flimkien ma’ donazzjoni ta’ ħames ewro f’dan l-indirizz: Mixja/Ġirja Indipendenza, Dar Ċentrali PN, Triq Herbert Ganado, Tal-Pieta, PTA1450.
//= $special ?>
