Numru ta’ persuni mill-pajjżi Afrikani inġabru fil-Belt Valletta kmieni dalgħodu fejn qed jagħmlu mixja ta’ protesta.
Il-mixja bdiet għall-ħabta tal-10:30am fejn numru ta’ immigranti – li qed jingħad li huma mill-Eritreja – bdew jitolbu l-ħlas tal-pensjoni, l-istess bħal dawk kollha li jħallsu t-taxxi f’Malta.
Il-mixja ta’ protesta baqgħet sejra lejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bil-persuni jinġabru fi Pjazza Kastilja għall-ħabta tal-11:15am.
Il-grupp kien magħmul minn 100 persuna. Huma insistew li jekk ma jitranġawx l-affarijiet mhux qed jaraw futur għalihom u għall-familji tagħhom f’Malta.
//= $special ?>