Numru ta’ fighter-jets Britanniċi tal-RAF interċettaw ajruplan militari tar-Russja fuq il-Baħar l-Iswed, b’dan ikun it-tieni każ simili fi spazju ta’ ġimgħa.
L-ajruplani Britanniċi, tat-tip Typhoon, telgħu minn bażi fir-Rumanija wara li ajruplan (Russu) għal missjonijiet marittimi deher qed itir mid-direzzjoni tal-Krimea lejn l-ispazju tal-ajru tan-NATO.
L-RAF għandu rwol ewlieni fil-missjoni tas=sorveljanza tan-NATO fir-reġjun waqt li hemm 150 membru tal-istaff militari Britanniku stazzjonati fil-bażi Rumena ta’ Mihail Kogalniceanu.
In-NATO impenjat ruħha biex ittejjeb is-sigurtà fir-reġjuni Ewropej tal-Lvant mindu r-Russja ħatfet il-peniżola tal-Krimea lill-Ukrajna u għaqqditha ma’ artha fl-2014.
//= $special ?>

