Dak li ħafna ilhom ibassru, issa wasal – il-bagalji li jinġarru bir-roti għal fuq l-ajruplani Ryanair mhux se jibqgħu aktar b’xejn. Dan ħabbritu l-kumpanija stess permezz ta’ stqarrija.
Ryanair se tibda titlob ħlas għal kull bagalja bir-roti (hand luggage) li tittella’ mill-passiġġieri u ssoltu kienet titpoġġa fuq is-siġġijiet fil-kompartimenti apposta.
Il-kumpanija qed toffri żewġ soluzzjonijiet:
Bi ħlas priority ta’ €6 tista’ ittella’ basket u hand luggage – bla priority tista’ ittella’ miegħel basket biss.
Jekk il-hand luggage jiġi reġistrat max-xiri tal-biljett, il-prezz se jkun €8, u jekk wara tħallas €10.
Dan it-tibdil se jidħol fis-seħħ mill-bidu ta’ Novembru li ġej.
//= $special ?>