Uragan bl-isem ‘Lane’ qed javviċina lill-gżejjer tal-Hawaii, li spiċċaw assedjati mill-irwiefen u ħalbiet kbar tax-xita li kaġunaw għargħar u valangi kbar.L-iskejjel u l-uffiċini ma fetħux b’konsegwenza, waqt li r-residenti tal-Hawaii fittxew il-kenn fost l-agħar tal-elementi.
Intant, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddikjara stat ta’ emerġenza għall-Hawaii, aktar ma beda javviċina l-urugan li kien qed itella rwiefen b’veloċità ta’ 200 kilometru fis-siegħa.
Filwaqt li l-maltemp, maż-żmien, deher inaqqas ftit mill-intensità, l-awtoritajiet federali baqgħu xorta fuq standby biex jipprovdu appoġġ lill-entitajiet fil-Hawaii li jwieġbu għall-emerġenzi fuq livell lokali u ta’ Stat.
Dan waqt li s-sitwazzjoni fil-Hawaii baqgħet ‘perikoluża’, bl-awtoritajiet jesprimu ‘inkwiet kbir’ dwar il-livell tal-għargħar fl-inħawi.
Sadanittant, il-linja United Airlines iddeċidiet biex twaqqaf it-titjiriet kollha lejn l-ajruporti ewlenin fuq Maui, li hi it-tieni l-akbar gżira tal-Hawaii.
//= $special ?>

