Kollox jinsab lest biex illejla jinħaraq il-ballun il-kbir li oriġinarjament kien tħejja għall-għeluq tal-Valletta Pageant of the Seas, iżda minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp dakinhar ma kienx inħaraq u kien pospost għal data oħra.
Il-ballun, li huwa xogħol il-Kamra tan-Nar tas-Soċjetà Santa Katerina taż-Żurrieq, se jinħaraq minn fuq il-baħar permezz ta’ barkun li se jkun 3.3 kilometri ‘l bogħod mix-xatt ta’ Wied iż-Żurrieq u 3.3 kilometri ‘l bogħod minn Filfla.
Il-barkun inħareġ mill-Port il-Kbir kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-9am wara li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha.
Il-ħruq tal-ballun se jsir fl-10pm.
