Internazzjonali

It-Taljani jfakkru t-terremot traġiku ta’ Amatrice

L-għodwa ta' sentejn ilu li ħafna ma jistgħu qatt jinsewha

F’Pescara del Tronto saret ċerimonja ta’ tifkira li mmarkat it-tieni anniversarju mit-terremot tal-2016 li kien ħalla straġi sħiħa fl-inħawi ta’ Amatrice u l-madwar.

Fil-fjakkolata, li saret matul il-lejl li għadda bħala memorja għall-vittmi tal-24 t’Awwissu ta’ sentejn ilu, ħa sehem ukoll il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte.

Fuq quddiem tal-mixja kien hemm l-Isqof ta’ Ascoli, Giovanni D’Ercole u s-Sindku ta’ Arquata, Aleandro Petrucci.

It-total ta’ vittmi f’dan it-terremot kien 239.