L-Istati Uniti kundannat id-deċiżjoni tal-El Salvador biex taqta’ ir-relazzjonijiet mat-Tajwan u fissritha bħala ‘espressjoni politika’ favur iċ-Ċina.
Intant, Washington tenna li l-bidla fil-politika tal-El Salvador hi xi ħaġa preokkupanti, bl-Amerikani jwissu li ċ-Ċina qed toffri l-inċentivi ekonomiċi bil-għan li ssir pajjiż ‘aktar dominanti’.
It-Tajwan, li hu Stat awtonomu, illum għandu relazzjonijiet formali ma’ 17-il pajjiż biss, li kważi kollha huma Stati żgħar jew sotto-żviluppati fl-Amerika Ċentrali u l-Paċifiku.
Il-President tat-Tajwan, Tsai Ing-wen, jiem ilu kienet ħalfet biex tirreżisti ‘l-aġir taċ-Ċina li qed isir dejjem aktar inkontrollabbli’, bl-El Salvador, issa, isir it-tielet pajjiż li qaleb il-lealtà mit-Tajwan għaċ-Ċina, din is-sena.
Iċ-Ċina tqis lit-Tajwan bħala provinċja ribelluża tiegħu waqt li tinsisti li t-Tajwaniżi mgħandhomx id-dritt għal relazzjonijiet ma’ ħaddieħor fuq bażi ta’ Stat għal Stat.
//= $special ?>

