Rapport: Keane Cutajar
ST. ANDREWS………………… 1
TARXIEN R…………………….. 5
St. Andrews: M. Calleja Cremona, M. D’Alessandro (D. Debono 46’), A. Satariano, J. Van De Lannoite, A. Brown (J. Walker 89’), J. Farrugia, M. Woo Ling, K. Atkinson, M. Davis, D. Jackson (M. Veselji 77’), T. Blagrove
Tarxien: A. Cassar, J. Wemmer, R. Rogac (L. Grech 63’) , D. Zerafa, M. Brincat (A. Nilson 46’), M. Paolucci, G. Aquilina (M. Spiteri 71’), D. Falzon, S. Radovanovic, A. De Barros, R. Faria
Imwissija: A. Satariano 11’, D. Debono 68’, M. Calleja Cremona 79’ (SA)
Skorjaw: D. Falzon 14’, G. Aquilina 23’, M. Paolucci 52’, R. Faria 79’ pen, 95’ (T) A. Satariano 63’ (SA)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Roberto Vella, Theodore Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Michele Paolucci (Tarxien)
Attendenza: 318
Tarxien Rainbows kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun bi prestazzjoni mill-aqwa li fiha spikka t-Taljan Michele Paolucci filwaqt li St. Andrews ma rnexxilhomx jirreplikaw dak li għamlu l-ġimgħa li għaddiet fejn ftit li xejn dehru fil-partita.
Tarxien marru minn fuq wara 14-il minuta b’azzjoni mibdija minn Gabriel Aquilina li ħarab b’veloċità minn mal-avversarju f’nofs il-grawnd u żmarka lil Michele Paolucci li hekk kif ra lil Matthew Calleja Cremona ħiereġ fuqu, għadda lejn DARREN FALZON li xeħet f’lasta vojta l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tar-Rainbows.
GABRIEL AQUILINA għamilhom tnejn fit-23 minuta bi ġmiel ta’ xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna wara passaġġ ta’ Paolucci. It-tieni assist tat-Taljan u bidu perfett għat-tieni esperjenza ta’ Aquilina ma’ Tarxien m’għand Sliema.
St. Andrews ħarġu għat-tieni taqsima fuq l-offensiva u appena għaddew tliet minuti, Travis Blagrove resaq viċin li ttanta xortih minn barra l-kaxxa wara passaġġ ta’ Joseph Farrugia, iżda xxutja ċentrali u Andrea Cassar salva bla problemi.
Madanakollu kienu Tarxien li kabbru l-iskor fit-52 minuta meta MICHELE PAOLUCCI sab ruħu f’pożizzjoni perikoluża fil-kaxxa ż-żgħira, mattar siequ u tefa’ fix-xibka. Żewġ minuti wara, Cassar tar minn tulu u salva tajjeb ix-xutt ta’ Martin Davis.
Fit-63 minuta, hekk kif Tarxien kienu qed jilagħbu b’għaxra minħabba li kellu joħroġ b’injury id-difensur ċentrali Ragu Rogac, sa ma saret is-sostituzzjoni biex daħal Luke Grech, St. Andrews naqsu l-iskor. Kien iż-żagħżugħ promettenti ta’ 16-il sena, ALEXANDER SATARIANO li skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Kampjonat Premier wara passaġġ ta’ Kevaughn Atkinson mil-lemin.
Tarxien prattikament għalqu l-partita fid-79 minuta permezz ta’ RICARDO FARIA mill-11-il metru wara li ftit qabel, hu stess kien imwaqqa’ fil-kaxxa minn Calleja Cremona. Fil-ħin miżjud, sekondi qabel tmiem il-partita, RICARDO FARIA kien żmarkat tajjeb u waħdu quddiem il-gowlkiper għamlihom ħamsa.
(Ritratti: Martin Agius)
//= $special ?>