Taljan ta’ 58 sena weġġa’ serjament wara ħabta li kellu ma karozza kmieni dalgħodu.
Il-każ seħħ fi Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar.
It-Taljan kien qed isuq mutur tat-tip Kymco Agility. Għal xi raġuni, hu ħabat ma’ karozza tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 22 sena minn San Ġwann.
Fil-post marru Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>