Ufficjal Korrettiv ieħor ġie aggredit matul il-lejl li għadda.
Il-każ sar magħruf wara li l-GWU poġġiet ritratti ta’ dan ir-raġel fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook.
Il-GWU appellat mal-awtoritajiet kollha konċernati biex jieħdu dawn il-każijiet bis-serjeta’ u jittieħdu l-mizuri kollha necessarji skont il-liġi minnufih. “Irridu nfakkru li kull persuna għandha dritt tiddefendi lilha nnifisha, sew jekk tkun se tintuza vjolenza fuqha, kif ukoll jekk tkun se tintuza vjolenza fuq terzi.”
Intqal illi sfortunatament il-ħidma ta’ dawn il-ħaddiema mhux dejjem tkun apprezzata u hemm bzonn li jinħoloq għarfien ta’ kemm jagħmlu xoghol importanti fis-soċjeta’.