Lokali

87 kelb jingħataw ħajja ġdida

Is-Sibt filgħodu bdew jittieħdu l-klieb mis-santwarju tal-Marsa għas-santwarju l-ġdid tal-AAA f’Birżebbuġa.

Dan hekk kif tlesta l-biċċa l-kbira tax-xogħol tas-santwarju, li kien possibli bl-għajnuna tal-voluntiera.

87 kelb se jkunu qed jingħataw dar ġdida, hekk kif għal dawn l-aħħar 14-il sena għexu f’santwarju fil-Marsa. F’dawn l-14-il sena, minkejja l-imħabba li ngħataw, is-santwarju ma kienx post ideali fejn jgħixu.

Madanakollu, l-għajnuna tibqa’ bżonnjuża hekk kif l-ispejjeż tal-bini tas-santwarju telaw għall-eluf ta’ euro.

Il-ħidma tal-voluntiera se tkompli billi jagħtu ħajjithom biex jagħtu l-aħjar ħajja lil annimali abbandunati; annimali li ta’ kull ġimgħa jintremew barra. L-appell jibqa’ biex wieħed ma jabbandunax l-annimali.

Fil-ġranet li ġejjin, is-santwarju se jinfetaħ għall-pubbliku fejn in-nies se jkunu jistaw jaraw l-annimali jilgħabu u wieħed ikun jista’ jaddotta xi kelb b’xejn.