Lokali

AĠĠORNATA B’FILMAT: Nirien jaħkmu karozza f’Ħaż-Żabbar

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet wara li vettura tat-tip Mercedes nqerdet min-nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30am  fi Triq il-Kbira, triq ‘il bogħod mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar, meta l-Pulizija ġew infurmati b’dak li kien qiegħed jiġri.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien. Kawża tan-nirien ġarbu ħsarat estensivi vettura oħra u mutur li kienu pparkjati biswit il-Mercedes. Dan filwaqt li faċċata sħiħa ta’ ħanut u residenza nħarqu wkoll minħabba l-fatt li n-nar infirex għal arblu tal-festa.

Allegatament sidt il-vettura kienet qed tattendi wieħed mill-festini tal-festa li qed jiġu organizzati f’dawn il-jiem bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja. Din il-kamra tal-aħbarijiet hija nfurmata li din hija t-tieni karozza li qabditilha.

Għaldaqstant il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ hekk kif f’dan l-istadju m’huwa qed jiġi eskluż xejn.