L-aspettattiva għall-“Ballun tal-Blalen” li nħaraq ilbieraħ bil-lejl ‘il barra minn Wied iż-Żurrieq spiċċat f’diżappunt ġenwin wara li l-istess ballun ma telax. B’riżultat li ma ntlaħax it-tentattiv li kien ġie previst biex jinkiser il-Malta Record.
Minkejja dan id-diżappunt, kien hemm tifħir kbir lejn il-Kamra tan-Nar Santa Katarina taż-Żurrieq li għamlu minn kollox biex joffru dan l-ispettaklu – iżda kif jgħid il-Malti, “in-nar jagħmlu l-bniedem u jaħarqu ix-xitan” – ma tista’ qatt tkun ċert kif se jkun ir-riżultat aħħari.
Minkejja dan, Net News hu nfurmat li l-istess pirotekniċi diġa’ preparaw ammont ta’ blalen oħra simili li se jinħarqu fil-festa taż-Żurrieq, bħal-lum ġimgħa.
Ritratt: Nathan Borg Photography
//= $special ?>