Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja tax-Xlendi.
Fl-istqarrija madankollu ma ngħatawx iktar dettalji dwar għaliex din il-Bajja mhix tajba għall-għawm.
Iżda fl-aħħar jiem din iż-żona ntlaqtet minn għargħar qawwi kawża tax-xita, li konsegwenza t’hekk spiċċat maħkuma minn riħa tad-drenaġġ qawwija wara li dan far fit-toroq tax-Xlendi, saħansitra fil-parti fejn hemm numru kbir ta’ ristoranti.
Għargħar fit-triq ewlenija tax-Xlendi għax il-Kunsill Laburista tal-Munxar ma neħħiex il-bankijiet
//= $special ?>