Nirien li ħakmu lukanda ċ-Ċina ħallew tal-anqas 20 mejta u numru ta’ midruba li ddaħħlu l-isptar b’urġenza. Il-lukanda, li tinsab fil-belt ta’ Harbin, hi magħrufa bħala spa resort popolari u n-nirien qabdu matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt meta l-istabbiliment kien mimli b’residenti li kienu ġejjin minn diversi nħawi tal-pajjiż.
L-awtoritajiet Ċiniżi, fil-preżent, qed jinvestigaw iċ-ċirkustanzi tat-traġedja fost indikazzjonijiet li n-nirien qabdu fil-kċina tal-lukanda u ma damux biex ħakmu parti kbira tal-kumpless sakemm kienu kontrollati mill-iskwadri għall-emerġenzi.
Iċ-ċifra tal-vittmi mistennija titla sew f’dawn is-sigħat.
//= $special ?>

