Lokali

Jinżammu arrestati wara sejba tad-droga kokaina u eroina

Mara ta’ 38 sena minn Ħal Luqa u Ingliż ta’ 45 sena residenti Ħal Luqa nżammu taħt arrest wara li tressqu b’arrest il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja, akkużati bi traffikar u l-pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina.

Dan wara li fil-lejl ta’ 23 ta’ Awwissu, grazzi għal ħidma sfieqa ta’ Kontra d-Droga, waslet għall-arrest tal-mara u l-barrani kif ukoll żewġt irġiel ta’ 27 u 30 sena minn Bormla – b’konnessjoni ma’ sejba ta ammont sostanzjali tad-droga suspettata kokaina u eroina li kienet mqassma f’pakketti lesta sabiex tiġi traffikata.

Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

Intant, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, fil-jiem li ġejjin mistennija jitressqu l-Qorti ż-żewġt irġiel l-oħra, b’pussess sempliċi tad-droga kokaina u Eroina.