GŻIRA U……………..0 ĦAMRUN S…………0
Gżira: J. Haber, P. Mambouana, N. Muscat, Z. Scerri (L. Brincat 74’), R. Soares, A. Cohen, J. Corbolan, C. Gatt Baldachino, E. Zarate Bilboa, T. Veronese, A. Samb
Ħamrun: E. Bartolo, A. Monticelli, E. Pepe, T. Caruana, R.S. Nayar, M. Ganci, M. Gauci, N. Doding Priso, K. Micallef, C. Calil, K. Tulimieri.
Imwissija: E. Zarate 35′, C. Gatt Baldacchino 62′, A. Samb 70′, A. Monticelli 60′ (Ħ)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Luke Portelli, Dusan Petrovic
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Massimo Ganci (Ħamrun Spartans)
Ħafna iktar kien mistenni minn Ħamrun Spartans u Gżira United li tant impressjonaw fl-ewwel ħarġa tagħhom. Iżda lbieraħ iddiżappuntaw bil-kbir f’logħba li għal ħinijiet twal kienet verament fqira.
Bex ngħidu kollox kienu iktar Ħamrun li ppruvaw speċjalment fl-aħħar kwarta tal-logħba u jekk kien hemm tim li kien jimmeritah it-tliet punti dan kien bla dubju t-tim Ħamruniż anki jekk lejn tmiem l-ewwel taqsima l-Maroons kienu sfortunati meta laqtu l-lasta avversraja.
L-ewwel taqsima kienet mill-iktar kwieta fejn spikkat biss il-monotonija miż-żewġ naħat, anki jekk Ħamrun kellhom xi ftit iktar inizjattiva speċjalment fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba.
L-azzjonijiet kienu verament ftit fl-ewwel taqsima, azzjonijiet li faċilment jingħaddu fuq is-swaba ta’ id waħda. Gżira appellaw għal penalty fuq Samb wara għaxar minuti logħob u Ħamrun kellhom tentattiv fjakk ta’ Ganci, li Haber salva faċilment.
Fil-25 minuta l-ewwel azzjoni perikoluża tal-Ispartans tkun waħda personali ta’ Njongo Priso li qabeż żewġ avversarji bix-xutt imxellef tiegħu jgħaddi jħakkek ma’ sieq il-lasta. Fis-36 minuta Justin Haber salva bi bravura free-kick b’saħħtu ta’ Sebastian Nayar.
L-aħħar minuti tat-taqsima kienu kollha tal-Maroons fejn minn azzjoni ta’ korner ta’ veronese kien Mambouana li għola fuq kulħadd iżda bir-ras xeħet ftit għoli u fil-41 minuta Gżira sfortunati meta xutt bomba ta’ Nikolai Muscat stampa mal-wieqfa.
It-tieni taqsima fetħet b’azzjoni ta’ Ħamrun u xutt fil-baxx ta’ Ganci salvat minn Haber. Mas-siegħa logħob kien Nikolai Muscat li pprova xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa bil-ballun ftit għoli. Fl-64 minuta Haber salva lil Gżira meta laqa’ xutt b’saħħtu ta’ Calil wara azzjoni tajba ta’ Ganci.
Ħamrun komplew jattakkaw fl-aħħar ħinijiet tal-logħba iżda l-gowl rebbieħ baqa’ ma wasalx għal riżultat ġust ta’ mingħajr gowls.
//= $special ?>