Lewis Hamilton, tal-Mercedes, se jibda fuq quddiem tal-grid fil-Grand Prix tal-lum fil-Belġju. Hu se jkun segwit minn Sebastian Vettel tal-Ferrari u Esteban Ocon ta’ Force India. Ferrari bdew tajjeb fl-ewwel provi, iżda bidla fit-temp bi nżul tax-xita offra sfidi ġodda li fost oħrajn wassal biex Kimi Raikkonen spiċċa fis-sitt post.
Isegwi lil Ocon, fir-raba’ post, is-sewwieq l-ieħor ta’ Force India, Sergio Perez, fi Grand Prix fejn għall-ewwel darba se jkunu taħt tmexxija ġdida wara li l-iskuderija daħlet f’amministrazzjoni. L-iskuderija issa se jkun jisimha Racing Point Force India, wara li l-biljunarju Kanadiż Lawrence Stroll għaqqad konsorzju.
Sadattant, is-sewwieqa Valtteri Bottas u Stoffel Vandoorne kienu involuti f’inċident li wassal biex Vandoorne spiċċa jgħaddi minn fuq il-ħaxix u jitlef il-kontroll, waqt li bi żbrixx evita impatt mal-barrikati. Bottas ingħata twissija wara dan l-inċident. Hu diġà kien kundannat għal post fl-aħħar ringiela, hekk kif hu kif ukoll Nico Hulkenberg ingħataw penali ta’ ħin minħabba problemi fil-magna.Kif spiċċaw il-provi uffiċjali.
Kif spiċċaw il-provi uffiċjali
1. Lewis Hamilton 1:42:977 1:41:553 1:58:197
2. Sebastian Vettel 1:43:035 1:41:501 1:58:905
3. Esteban Ocon 1:44:003 1:43:302 2:01:851
4. Sergio Perez 1:44:004 1:43:014 2:01:894
5. Romain Grosjean 1:43:597 1:44:042 2:02:122
6. Kimi Raikonnen 1:42:585 1:41:533 2:02:671
7. Max Verstappen 1:43:199 1:42;544 2:02:769
8. Daniel Ricciardo 1:43:604 1:43:126 2:02:939
9. Kevin Magnussen 1:43:834 1:43:320 2:04:933
10. Valtteri Bottas 1:42:805 1:42:191 –
Eliminati fit-tieni fażi
11. Pierre Gasly 1:44:221 1:43:844
12. Brendon Hartley 1:44:153 1:43:865
13. Charles Leclerc 1:43:654 1:44:062
14. Marcus Ericsson 1:43:846 1:44:301
15. Nico Hulkenberg 1:44:145 –
Eliminati fl-ewwel fażi
16. Carlos Sainz 1:44:489
17. Fernando Alonso 1:44:917
18. Sergej Sirotkin 1:44:998
19. Lance Stroll 1:45:134
20. Stoffel Vandoorne 1:45:307
*Valtteri Bottas u Nico Hulkenberg se jibdew mill-aħħar filliera
//= $special ?>