Preżentament għaddejja ħidma minn Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif waqgħet siġra biswit il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, fi Triq il-Parroċċa.
Għaldaqstant il-Pulizija avżat lill-pubbliku li t-triq ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku sakemm isiru x-xogħolijiet meħtieġa.
Fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.
//= $special ?>

