Sport Sport Ieħor

Jitħassar il-Grand Prix tal-Moto GP f’Silverstone

It-tiġrija tal-Gran Brittanja tal-Moto GP kellha titħassar minħabba ammont kbir ta’ xita li niżel fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. Il-bidu tat-tellieqa kien pospost għal siegħa u nofs minħabba stennija ta’ xita qawwija. Iżda t-tiġrija tħassret wara l-5.00pm, bil-Moto GP jgħidu li ma kienx hemm għażla oħra ħlief li ssir illum.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet bejn l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Timijiet kif ukoll mas-sid tad-drittijiet kummerċjali Dorna Sports. Jorge Lorenzo kien se jibda mill-pole position wara li s-Sibt għeleb lil Dovizioso b’0.015 ta’ sekonda.

Iżda t-tiġrija kienet posposta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà hekk kif ix-xita niżlet 10 minuti qabel previst. Madwar siegħa wara, l-Moto GP ikkonfermat li t-tiġrija ma setgħetx issir it-Tnejn kif kien ġara f’Marzu fil-Qatar.

F’dak l-istadju kien għad hemm tama li t-tiġrija ssir il-Ħadd iżda kien impossibbli. Fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone reġa’ ngħata asfalt ġdid fil-bidu tal-2018 minħabba ilmenti ta’ kundizzjoni ħażina taċ-ċirkwit minn sewwieqa ta’ Formula 1 u l-Moto GP.

Tags