It-tmexxija tal-Università Amerikana tal-Ġordaniżi ma tridx tgħid kemm se jkollha studenti ġodda fis-sena skolastika li jmiss.
Dan ġie żvelat f’rapport mill-gazzetta MaltaToday li fih intqal li r-raġuni mogħtija mit-tmexxija tal-Università tal-Ġordaniżi kienet li ż-żmien biex japplikaw l-istudenti għadu m’għalaqx. Dan minkejja li skont il-website tal-Università, l-ewwel ġurnata tal-iskola tibda t-Tnejn u l-ewwel eżamijiet isiru f’nofs Ottubru.
Il-mistoqsijiet dwar kemm din l-Università se jirnexxielha tattira studenti jqumu wara li tul is-sena skolastika li għaddiet – jiġifieri dik ta’ bejn l-2017 u l-2018 – kien hemm biss 23 student. Dan minkejja li l-Gvern ta lill-Ġordaniżi mhux biss art verġni fiż-Żonqor iżda saħansitra bini storiku fiż-żona tal-Baċir Numru 1 f’Bormla.
Suppost, skont il-kobor tal-kampus kollu, l-Università Amerikana tal-Ġordaniżi kellha tattira mal-4,000 student. Madanakollu, fl-ewwel sena skolastika, irreġistraw mhux aktar minn 23 persuna. Dan il-falliment iżid mat-taħwid li fix-xhur li għaddew ħareġ fil-beraħ meta ħames akkademiċi li kienu impjegati tal-American University of Malta fetħu proċeduri fil-Qorti jargumentaw li tkeċċew mill-impjieg tagħhom b’mod inġust u qalu illi kienu impjegati biss mill-kumpanija bl-iskop li tikseb akkreditazzjoni aħjar.
//= $special ?>