Lokali

Ritratt onlajn ikompli jixhed is-sitwazzjoni prekarja li hawn f’pajjiżna

Ritratt ippublikat fuq il-midja soċjali kompla jixħet aktar dawl dwar id-diversi sitwazzjonijiet prekarji li hawn f’pajjiżna.

Il-persuna li ppublikat dan ir-ritratt, fejn wera raġel rieqed f’gallarija apparentament ta’ residenza abbandunata qalb gozz lożor, saħqet li emigrat minn Malta 19-il sena ilu, u qatt ma rat daqshekk faqar u nies jgħixu barra f’Malta, daqskemm rat fl-aħħar sentejn.

Hija saħqet li għalkemm ma kienetx l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan ir-ritratt ballun politiku, staqsiet x’jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet li pajjiżna għandu jsib sabiex joħroġ minn dan l-abbiss li spiċċa fih.