Internazzjonali

SPARATURA F’JACKSONVILLE: Żewġ persuni maqtula

It-tournament kien tal-logħba tal-NFL 'Madden 19'

Żewġ persuni sfaw maqtula, u oħrajn midruba wara li raġel daħal jispara bl-addoċċ f’sala fejn kien qed isir tournament ta’ logħba fuq X-Box. Il-każ seħħ f’Jacksonville, fl-istat ta’ Florida.

Jidher li l-aggressur inqatel, għalkemm mhux ċar jekk kienx hemm ħaddieħor involut.

Il-Pulizija xorta qed tappella għal kawtela kbira, u għamlet sejħa biex ħadd ma jersaq lejn iz-zona.

Rapporti qed jindikaw li 11-il persuna ttieħdu l-isptar b’urġenza, uħud minnhom gravi.

Intant, minħabba li t-tournament kien qed jixxandar online, l-isparatura spiċċat inqabdet fil-video li kien qed idur fuq l-internet b’mod dirett.