Kevin Strootman mistenni jħalli s-Serie A hekk kif hu viċin li jingħaqad ma’ Olympique Marseille mingħand Roma. Il-klabb Franċiż kien għamel offerta ta’ €23miljun li kienet rifjutata fil-bidu minn Roma. Iżda l-Franċiżi għamlu offerta li qabżet il-€25 miljun inkluż il-bonus. Iż-żewġ klabbs qegħdin jagħtu l-aħħar dettalji tant li diġà hemm organizzat l-eżami mediku li probabbli Strootman mistenni jagħmel għada.
Il-midfielder Olandiż se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin. Strootman se jkollu salarju ta’ €4.5 miljuni kontra t-€3 miljuni li għandu ma’ Roma. L-interess tal-klabb Franċiż wasal minn Rudi Garcia, li kien il-kowċ ta’ Strootman fiż-żmien li għamel ma’ Roma. Strootman talab lil Monchi li jkun trasferit wara li ngħata l-assigurazzjonijiet mingħand Rudi Garcia.
//= $special ?>