Lokali

Barrani jaqa’ sular lejn Triq Mikiel Anton Vassalli

Il-vittma hu żagħżugħ mir-Repubblika Ċeka

Ġuvni ta’ 22 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa madwar sular, minn Triq Denoaro lejn Triq Mikiel Anton Vassalli. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 2:45am, fil-parti tat-triq li twassal lejn iċ-ċentru tal-Imsida.

Stqarrija tal-Pulizija qalet li qabel waqa, il-ġuvni, li hu mir-Repubblika Ċeka, kien fuq ċint.

Fil-post waslu Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza bil-paramediċi li taw l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejin.