Fekruna loggerhead mara nstabet mejta mal-kosta ta’ Tas-Sliema mis-Sezzjoni Marittima ta’ Transport Malta.
Fuq Facebook, Nature Trust Malta qalet li l-fekruna kienet ġiet milquta minn dgħajsa u b’kawża t’hekk inqasmet il-qoxra ta’ daharha.
Hija qalet li l-fekruna kellha madwar 17-il sena.
Nature Trust Malta appellat lis-sewwieqa tad-dgħajjes biex joqogħdu attenti u jkunu kawti biex sitwazzjonijiet hekk ma jibqgħux isiru.
https://www.facebook.com/naturetrustmalta/posts/2092056064161703