Għall-ħabta tal-4.30 ta’ dalgħodu l-pulizija rċevew rapporti ta’ nċident li kien seħħ fi Triq Aldo Moro, l-Marsa.
Żagħżugħ ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, Toyota Vitz, u baqa’ dieħel fil-barrikati tal-ġebel il jinsabu tul din it-triq, direzzjoni lejn il-Belt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>