Aġġoranta
Ħames persuni kienu involti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien, b’erba’ persuni kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura peress li weġġgħu fl-inċident.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tad-9pm fi Triq San Anard.
B’kollox kienu involuti tliet karozzi: Opel Tigra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar li fiha kien hemm ukoll tfajla ta’ 16-il sena mill-Bulgarija; Honda Civic misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena miż-Żurrieq; u Hyundai I10 misjuqa minn raġel ta’ 64 sena minn Ħal Tarxien li fiha kien hemm ukoll mara ta’ 61 sena.
Filwaqt li ż-żagħżugħ li kien fil-Honda Civic ma kellux għalfejn jittieħed l-isptar, il-persuni kollha li kienu fl-Opel u fil-Hyundai kellhom jittieħdu l-isptar.
Aktar tard irriżulta li s-sewwieqa taż-żewġ karozzi sofrew feriti ħfief, filwaqt li l-passiġġieri ta’ magħhom – jiġifieri l-Bulgara u l-anzjana – kienu qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija qalet, fi stqarrija, li l-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>