Lokali

AĠĠORNATA: Imut is-sewwieq tal-mutur li ħabat fl-Imsida

Is-sewwieq tal-mutur li l-ġimgħa l-oħra kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida miet illum fl-Isptar Mater Dei għall-ħabta tas-1:30pm.

Ir-raġel, li ġie identifikat bħala Mark Vassallo, tilef il-battalja kontra l-mewt wara ħabta ma’ żewġ karozzi l-ġimgħa l-oħra fix-xatt tal-Imsida, direzzjoni lejn il-Belt.

Ir-raġel kellu 53 sena.

Mark Vassallo hu r-raġel ta’ Moira Muscat l-attriċi li ħadet sehem b’mod partikolari fid-dramm li deher fuq NET Television, It-tfal jiġu bil-Vapuri. Hi kienet protagonista wkoll f’Bahar Wiehed, u Ingroppi.