Familji li jkunu ma’ qrabathom fl-ITU tal-Isptar Mater Dei issa qed jingħataw sandwiches u kafe b’xejn.
Din l-inizzjattiva, li qed issir mill-familja ta’ Jacob Cachia, għandha l-għan li l-qraba ta’ pazjenti fl-ITU ma jkollomx għalfejn jiċċaqalqu minn ħdejn il-pazjent fl-iktar żmien diffiċli biex jitrejqu.
Jacob Cachia, li hu magħruf ukoll bħala ‘Titanium Man’, kien għadda xi żmien fl-ITU jissielet għal ħajtu u b’hekk il-familja kollha tiegħu tifhem dak li familji fl-ITU jkunu għaddejjin minnu … mhux biss taqtiegħ-il qalb imma wkoll sens li huma maqtugħa mid-dinja, fejn ħadd ma jagħti każ.
Permez ta’ din l-inizjatta, issa diversi familji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli se jingħataw il-kuraġġ u t-tama li jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom sakemm kollox imur għall-aħjar. U dan bl-iktar ħaġa sempliċi: tazza kafè, sandwich u tbissima minn familja li tifhem.
Il-familja ta’ Jacob Cachia ilha s-snin taħdem biex ikunu hemm għal familji li għaddejjin minn xi trawma minħabba marda jew kundizzjoni. Omm Jacob, Sarah Cachia, kienet bdiet paġna fuq Facebook bl-isem Survivors Malta fejn diversi persuni jaqsmu l-istejjer tagħhom u kif irnexxielhom jgħelbuhom, filwaqt li kitbet l-istorja ta’ binha fi ktieb fejn ippublikatu biex tgħati t-tama.
Huma fetħu wkoll kafetterija bl-isem ta’ Jacob’s Brew Cafe fejn għandhom inizzjattiva bl-isem ta’ Jacob’s Brew – Pay it Forward fejn jgħatu kafe b’xejn lil min jinsab għaddejin minn xi żmien diffiċli.
//= $special ?>