Lokali

Mara misruqa mir-residenza tagħha fil-Gżira

Arkivji
Tkompli x-xejra ta' serqiet bi żgass

Il-Pulizija qed jinvestigaw serqa li seħħet fi Triq San Albert fil-Gżira tard ilbieraħ bil-lejl – serqa minn residenza ta’ mara li għandha 64 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45pm fejn fil-post issejħu numru ta’ units tal-Pulizija.

Net News hu nfurmat li l-ħalliel jew ħallelin li wettqu s-serqa daħlu fil-post bi żgass, u serqu numru ta’ oġġetti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.