Wara l-każ tal-qattus li nqatel ħmistax ilu b’daqqiet ta’ ġebla f’Għajn Tuffieħa, il-grupp Animal Defence League Malta qed jappella lill-Pulizija sabiex tittieħed azzjoni. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, huma qalu li l-publiku jistenna li jkun hemm aġġornament minn naħa tal-Pulizija dwar x’azzjonijiet ittieħdu.
L-istqarrija tallega li dan l-att sar quddiem għajnejn kulħadd f’ristorant speċifiku, li jissemma’ b’ismu.
“Se nippreżentaw ittra lill-Kummissarju dalgħodu fid-9:30”, qalu rappreżentanti tal-Animal Defence League.
Dan il-grupp ġie ffurmat riċentament bil-għan li jiddefendi d-drittijiet tal-annimali.
//= $special ?>