Lokali

RITRATTI GRAFIĊI: Żewġ klieb abbużati jinstabu mejta fil-baħar f’Fomm ir-Riħ imma mhux se jinfetaħ rapport!

Sejba makabra f’Fomm ir-Riħ hekk kif nhar il-Ġimgħa li għadda persuna li kienet fl-inħawi nnutat żewġ klieb mormija fil-baħar, fi stadju avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Il-każ kien rappurtat lill-awtoritajiet, iżda l-piż tagħhom u l-istat li kienu fih kien diffiċli li jittellgħu, tant li wieħed minnhom inġabar biss fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. L-ieħor, kelb ta’ lewn abjad u iswed, ma nstabx.

Fi stqarrija, il-paġna ta’ Facebook Time for Change ddikjarat li aktarx ma tittieħed l-ebda azzjoni hekk kif il-klieb ma kinux microchipped u allura hi impossibbli li wieħed isib lis-sid.

“Is-sistemà tal-Animal Welfare u l-Pulizija fallew lil dawn l-kreaturi innoċenti. Il-Pulizija mhux se jiftħu rapport hekk kif qalu li l-klieb ma għandomx sid minħabba li mhux microchipped,” iddikjarat Time for Change.

Min laħaq ra l-kelb li għosfor iddikjara li l-kelb kien mixrub, mimli dubbien u li kellu marka evidenti ta’ kullar madwar għonqu.

“Kemm iridu jmutu iktar annimali qabel Malta tqum u ssewwi din is-sistema li mhix taħdem? Fejn hi l-ġustizzja għal dawn l-annimali? Hi din is-soċjetà li rridu ngħixu fiha? L-annimali abbużati ma jiswew xejn?” tistaqsi Time for Change.