Roma salvaw punt fi Stadio Olimpico meta rkupraw żewġ gowls żvantaġġ biex spiċċaw 3-3 kontra Atalanta. Roma kellhom bidu mill-aqwa u fetħu l-iskor wara biss minuta u nofs meta minn kross mil-lemin, JAVIER PASTORE fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ takkuna mill-ewwel li spiċċa fin-naħa ta’ isfel tax-xibka.
Atalanta ġabu d-draw fid-19-il minuta meta xutt ta’ Duvan Zapata ħabat mal-wieqfa u spiċċa fid-direzzjoni ta’ TIMOTHY CASTAGNE li skorja f’lasta vojta. Il-Bergamasci marru minn fuq tliet minuti wara meta Zapata rebaħ dwell ma’ Kostas Manolas, avvanza u qassam preċiż lejn EMILIANO RIGONI li għeleb lil Robin Olsen. L-istess EMILIANO RIGONI għamilhom 3-1 fit-38 minuta b’xutt fil-baxx mix-xellug.
Roma reġgħu daħlu fil-logħba mas-siegħa logħob b’xutt fil-baxx ta’ ALESSANDRO FLORENZI wara ħarba tajba li għamel f’nofs il-pitch. It-tim ta’ Eusebio Di Francesco salva l-logħba fit-82 minuta meta minn free-kick daħal tajjeb KOSTAS MANOLAS li għeleb lil Gollini mill-viċin.
//= $special ?>