Internazzjonali

Sena biex indunaw li serqulhom l-armi…u biddluhom ma’ oħrajn tal-plastik

Ħallelin mill-Paragwaj serqu 42 arma tan-nar mid-Depot tal-Pulizija. Dawn kienu mibdula b’armi tan-nar tal-platik.

L-ispezjoni saret wara li madwar sena ilu kienu qed jinxterdu armi tan-nar fis-suq illegali, li jammontaw għal $10,000. Dawn l-armi tan-nar, x’aktarx spiċċaw fl-Arġentina u l-Brażil.

Il-midja tal-Paragwaj ippubblikat ritratti ta’ dawn ir-repliki – każ li ġie deskritt bħala l-ikbar skandlu fl-istorja tal-Pulzija tal-pajjiż. Il-Kap tal-Pulizija tal-Armerija rriżenja, imma s’issa għadhom ma saru l-ebda arresti.