Sport Sport Ieħor

Simona Halep eliminata fl-ewwel rawnd

(Ritratt: EPA)

Simona Halep saret l-ewwel sid numru wieħed li ġiet eliminata mill-ewwel rawnd tal-Open tal-Istati Uniti, wara li tilfet kontra Kaia Kanepi. It-tennista mill-Estonja li hi s-sid numru 44 fid-dinja kellha prestazzjoni mill-aqwa biex f’siegħa u 16-il minuta rebħet 6-2, 6-4 fil-Louis Armstrong Stadium.

“Dejjem kont inħobb inkun fi New York. Inħobb l-atmosfera. Inħobb inkun hawn. Inħobb il-courts u l-klima u naħseb li l-courts huma ideali għal-logħba tiegħi,” qalet Kanepi.

Halep kellha bidu ieħor ħażin għal Grand Slam meta tilfet l-ewwel set fi 28 minuta. Minkejja li rkuprat ftit, Kanepi kisret is-service ta’ Halep għall-ħames darba, qabel ma’ kunfidenza kellha s-service biex għalqet il-logħba, f’konfront li żgur se jibqa’ mfakkar fil-karriera tagħha.

Ir-rebbieħa tal-Open ta’ Franza waslet fi Flushing Meadows bħala waħda mill-favorita u ddikjarat lilha nnifisha mingħajr pressjoni wara li kisbet l-ewwel titlu Grand Slam fir-Roland Garros. L-aħbar tajba għal Halep hi li se tibqa’ fl-ewwel post tad-dinja fir-rankings minħabba li għandha vantaġġ tajjeb fuq ir-rivali.

Tags