Futbol Sport

Thierry Henry mhux mistenni jkun kowċ ta’ Bordeaux

Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Thierry Henry jidher li se jirrifjuta ċ-ċans li jsir kowċ ta’ Bordeaux. Jidher li Henry għandu dubji dwar il-fondi disponibbli u n-nuqqas ta’ kjarifika dwar min hu sid il-klabb li preżentament jinsab f’negozjati biex jinbiegħ.

It-tim tal-Ligue 1 riċentament issospenda l-kowċ Gus Poyet wara li rrefera għat-tim bħala “diżunur” wara l-bejgħ tal-attakkant Gaetan Laborde lil Montpellier mingħajr it-tagħrif tiegħu. Il-klabb neħħa wkoll lil Malcom lil Barcelona għas-somma ta’ €40 miljun, b’Henry hu mifhum li mhux ċert dwar investimenti fit-tim fil-futur.

Aktar importanti hu li la Henry jew il-klabb ikkonfermaw li n-negozjati waqgħu iżda f’dan l-istadju jidher li l-Franċiż se jkun kowċ ta’ Bordeaux. F’dan is-sajf, Henry ħalla l-irwol tiegħu bħala opinjonista ta’ Sky Sports biex jikkonċentra fuq il-karriera ta’ kowċ, u kien qed jissemma li seta’ jkun il-kowċ ta’ Aston Villa.

Henry li għandu 41 sena ilu assistent kowċ tal-Belġju mill-2016 u kien parti mit-tim tekniku tal-Belġju li temm it-tielet fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja.