Tifel ta’ 7 snin kellu jittieħed b’urġenza l-isptar wara inċident li seħħ f’Raħal Ġdid dan il-lejl. L-inċident seħħ meta karozza tat-tip Nissan ħabtet ma’ karozza tal-Pulizija li kienet qed tagħmel road block f’Raħal Ġdid. In-Nissan allegatament intlaqtet minn vettura tat-tip Volkswagen, u kien wara din id-daqqa li spiċċat fuq il-karozza tal-Pulizija.
Il-każ seħħ ftit minuti wara nofs il-lejl fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Fil-karozza Nissan, li kienet misjuqa minn mara ta’ 35 sena, kien hemm tifel ta’ 7 snin. Net News hu infurmat li t-tifel ittieħed l-isptar b’urġenza minħabba feriti gravi li ġarrab. Il-mara sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li s-sewwieq tal-Volkswagen ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>