Sport Sport Ieħor

Valletta Futsal iħallu pajjiżna lejn il-Maċedonja biex jikkompetu fil-UEFA Futsal Champions League

Iċ-champions lokali tal-futsal Valletta llum ħallew pajjiżna lejn il-Maċedonja biex jilagħbu fi Grupp E tal-UEFA Futsal Champions League. Il-Beltin se jkunu qed jilagħbu kontra Futsamba Naas tal-Irlanda, Cosmos Tallinn tal-Estonja u l-ospitanti Veles tal-Maċedonja.

It-triq għal Valletta mhix waħda faċli hekk iċ-champions lokali se jilagħbu ma’ tliet timijiet li huma kollha champions ta’ pajjiżhom. Il-mira ta’ Valletta hi waħda ċara, dik li jikkwalifikaw għar-rawnd prinċipali tal-kompetizzjoni, iżda biex jagħmlu dan iridu li jispiċċaw rebbieħa tal-grupp.

Valletta għandhom bħalissa tmien plejers barranin, b’ħamsa minnhom jilagħbu mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom. Dawn huma l-Kolombjan Camilo Gomes, is-Serb Ninoslav Aleksic, il-Georgjani Buta Kakabadze, Tornike Bukia, Gia Nikvashvili. It-tliet barranin l-oħra huma l-Ispanjol Yeray Hernandez Gutierrez, il-Libjan Mohamed Elamari u t-Taljan Denis Di Maio.

L-iskwadra ta’ 15-il plejer

Gowlkipers: Tornike Bukia, Brandon Debono, Stefan Vella

Difensuri: Murtaz Kakabadze, Jovica Milijic, Redeemer Borg

Wingers: Camilo Gomez, Yeray Hernandez Gutierrez, Ninoslav Aleksic, Melvin Borg, Mohammed Elamari, Dylan Musu

Pivots: Gia Nikvashvili, Denis Di Maio, Shawn Vella

L-impenji ta’ Valletta fil-UEFA Futsal Champions League

L-Erbgħa 29 ta’ Awwissu

Valletta v Cosmos                   5.30pm

Il-Ħamis 30 ta’ Awwissu

Futsambas Naas v Valletta   5.30pm

Is-Sibt 1 ta’ Settembru

Valletta v Veles                       8.00pm

Tags