Lokali

3 ġimgħat fil-Kenja biex tinbena skola

Sagrifiċċju ta’ tliet ġimgħat iżda li ta sodisfazzjon fl-għajnuna li ngħatat lil tfal fil-Kenja.

Karibu Malta huma grupp ta’ voluntiera li ħadmu bla waqfien biex jibnu bini ta’ skola f’raħal fil-Kenja; skola li se tkun qed tgħati tgħalim lil tfal tal-primarja. Għal din l-avventura telgħu 11-il persuna biex jibnu din l-iskola.

Qabel telqu minn Malta, diversi voluntiera għamlu numru ta’ attivitajiet biex jiġbru l-flus biex isir dan il-proġett. Il-mira tagħhom huwa li jiġbru €90,000 f’proġett globali.

Il-proġett huwa maqsum fuq sentejn, hekk kif is-sena d-dieħla mistennija li jerġaw jitilqu grupp biex ikompli x-xogħol.

Preżenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien hemm kemm membri oħra tal-istess grupp u numru ta’ qraba li marru biex jilqaw il-grupp lura wara l-esperjenza unika tagħhom.

Ritratti: Matthew Tabone