Futbol Sport

Ajax, AEK u Young Boys fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League

Il-plejers ta' AEK Athens jiċċelebraw wara l-kwalifikazzjoni (Ritratt: EPA)

Ajax għaddew wara li spiċċaw 0-0 kontra l-Ukrajna kontra Dynamo Kyiv, bl-Olandiżi jgħaddu wara r-rebħa ta’ 3-1 fl-ewwel leg. Flimkien ma’ Ajax għaddew ukoll Young Boys u AEK Athens.

Young Boys ħasdu lil Dinamo Zagreb b’rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom biex għaddew b’aggregate ta’ 3-2. Għal Young Boys din hi kwalifikazzjoni storika hekk kif għaddew għall-fażi tal-gruppi għall-ewwel darba fl-istorja. Kienet doppjetta tal-attakkant ta’ 34 sena Guillaume Hoarau f’żewġ minuti li ddeċidiet il-kwalifikazzjoni.

AEK Athens irnexxielhom jieħdu draw ta’ 1-1 f’darhom kontra Vidi biex kien biżżejjed għalihom li jgħaddu wara r-rebħa ta’ 2-1 fl-Ungerija ġimgħa ilu. Dan se jkun ritorn għat-tim Grieg f’din il-fażi taċ-Champions League u l-aħħar darba li lagħbu kien lura fl-istaġun 2006/2007.

Petros Mantalos poġġa lil AEK fil-vantaġġ fit-48 minuta minn penalty iżda ssugraw wara li Loic Nego ġab id-draw fis-57 minuta.