Borussia Dortmund iffirmaw lil Paco Alcacer b’self mingħand Barcelona bl-għażla li jixtru l-plejer fi tmiem l-istaġun. Il-klabb Ġermaniż ħallas €2 miljuni biex jakkwista l-plejer b’self u jridu jħallsu €23 miljun u €5 miljuni oħra f’bonus jekk jixtru l-plejer b’mod permanenti.
Alcacer għamel l-eżami mediku lbieraħ u se jilbes il-flokk numru disgħa. L-attakkant ta’ 24 sena tela’ mill-akkademja ta’ Valencia u ngħaqad ma’ Barcelona f’Awwissu ta’ sentejn ilu għas-somma ta’ madwar €30 miljun u ffirma kuntratt ta’ ħames snin. Fiż-żmien tiegħu ma’ Barcelona, Alcacer skorja 15-il gowl f’51 logħba, fejn rebaħ kampjonat u darbtejn it-Tazza tar-Re.
//= $special ?>